Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0173

    Kawża C-173/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Lyon (Franza) fid- 9 ta’ April 2013 — Maurice Leone, Blandine Leone vs Garde des Sceaux, Ministre de la Justice, Caisse nationale de retraite des agents des collectivités locales

    ĠU C 171, 15.6.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Lyon (Franza) fid-9 ta’ April 2013 — Maurice Leone, Blandine Leone vs Garde des Sceaux, Ministre de la Justice, Caisse nationale de retraite des agents des collectivités locales

    (Kawża C-173/13)

    2013/C 171/40

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour administrative d’appel de Lyon

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Maurice Leone, Blandine Leone

    Konvenuti: Garde des Sceaux, Ministre de la Justice, Caisse nationale de retraite des agents des collectivités locales

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu L.24 u tal-Artikolu R.37 tal-Code des pensions civiles et militaires de retraites [Kodiċi dwar il-pensjonijiet tal-irtirar ċivili u militari] kif jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Liġi finanzjarja rettifikattiva għall-2004, Nru 2004-1485, tat-30 ta’ Diċembru 2004, u mid-Digriet Nru 2005-449, tal-10 ta’ Mejju 2005, jistgħu jitqiesu bħala li jagħtu lok għal diskriminazzjoni indiretta bejn l-irġiel u n-nisa fis-sens tal-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

    (2)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tad-Digriet 2003-1306, tas-26 ta’ Diċembru 2003, dwar l-iskema tal-irtirar tal-uffiċjali affiljati mal-Caisse nationale de retraites des agents des collectivités locales jistgħu jitqiesu bħala li jagħtu lok għal diskriminazzjoni indiretta bejn l-irġiel u n-nisa fis-sens tal-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

    (3)

    Fil-każ ta’ risposta pożittiva għal waħda mill-ewwel żewġ domandi, tali diskriminazzjoni indiretta hija ġustifikabbli fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 157(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?


    Top