EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0122

Kawża C-122/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Firenze (l-Italja) fil- 15 ta’ Marzu 2013 — Paola C vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

ĠU C 141, 18.5.2013, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Firenze (l-Italja) fil-15 ta’ Marzu 2013 — Paola C vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-122/13)

2013/C 141/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Firenze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Paola C

Konvenut: Presidenza del Consiglio dei Ministri

Domanda preliminari

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2004/80/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu għal kumpens għall-vittmi ta’ xi kategoriji ta’ delitti vjolenti jew intenzjonali jew inkella jimponi fuq l-Istati Membri, skont l-imsemmija direttiva, li jadottaw sistema ta’ kumpens għall-vittmi tad-delitti intenzjonali jew vjolenti kollha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, li għandha x’taqsam ma’ kupens għal vittmi ta’ delitti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65).


Top