Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0108

    Kawża C-108/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis- 6 ta’ Marzu 2013 — Société Mac GmbH vs Ministère de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

    ĠU C 141, 18.5.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 141/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Marzu 2013 — Société Mac GmbH vs Ministère de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

    (Kawża C-108/13)

    2013/C 141/27

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d'État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Société Mac GmbH

    Konvenut: Ministère de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

    Domanda preliminari

    L-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta b’mod partikolari l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq bħala importazzjoni parallela ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għall-kundizzjoni li l-prodott ikkonċernat jibbenefika, fl-Istat ta’ esportazzjoni, minn awtorizzazzjoni maħruġa skont id-Direttiva 91/414/KEE (1), u, konsegwentement, ma tippermettix il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq bħala importazzjoni parallela ta’ prodott li jibbenefika, fl-Istat ta’ esportazzjoni, minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq bħala importazzjoni parallela u li jkun identiku għal prodott awtorizzat fl-Istat ta’ importazzjoni ?


    (1)  Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332).


    Top