This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0063
Case C-63/13: Request for a preliminary ruling from the Tribunale di Napoli (Italy) lodged on 7 February 2013 — Fortuna Russo v Comune di Napoli
Kawża C-63/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fis- 7 ta’ Frar 2013 — Fortuna Russo vs Comune di Napoli
Kawża C-63/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fis- 7 ta’ Frar 2013 — Fortuna Russo vs Comune di Napoli
ĠU C 141, 18.5.2013, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fis-7 ta’ Frar 2013 — Fortuna Russo vs Comune di Napoli
(Kawża C-63/13)
2013/C 141/22
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Napoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fortuna Russo
Konvenut: Comune di Napoli
Domandi preliminari
(1) |
Fil-każ ta’ relazzjoni ta’ xogħol, meta għandu jitqies li l-persuna li timpjega hija l-“Istat” fis-sens tal-klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE (1), u b’mod partikolari fid-dawl tal-espressjoni “setturi u/jew kategoriji speċifiċi ta’ ħaddiema”, liema ħaġa b’hekk tippermetti li jiġu ġġustifikati konsegwenzi differenti meta mqabbla ma’ dawk li jirriżultaw mir-relazzjonijiet ta’ xogħol privati? |
(2) |
Fid-dawl tal-preċiżazzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78/KE (2) u fl-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE (3), il-kunċett ta’ kundizzjonijiet tal-impjieg, imsemmi fil-klawżola 4 tad-Direttiva 1999/70/KE, jinkludi fih il-konsegwenzi tal-interruzzjoni illegali tar-relazzjoni ta’ xogħol? F’każ ta’ risposta fil-pożittiv għad-domanda preċedenti, il-konsegwenzi differenti li l-leġiżlazzjoni nazzjonali torbot normalment mal-interruzzjoni illegali tar-relazzjoni ta’ xogħol skont jekk hijiex għal żmien indeterminat jew għal żmien determinat, jistgħu jiġu ġġustifikati fir-rigward tal-klawżola 4? |
(3) |
Abbażi tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, Stat huwa pprojbit milli jiddeskrivi għall-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-kuntest ta’ proċedura għal deċiżjoni preliminari bi skop ta’ interpretazzjoni, kuntest leġiżlattiv nazzjonali li intenzjonalment ma jikkorrispondix mar-realtà, u l-qorti hija marbuta, fl-assenza ta’ interpretazzjoni differenti tad-dritt nazzjonali li tissodisfa wkoll l-obbligi li jirriżultaw mill-appartenenza fl-Unjoni Ewropea, li tinterpreta jekk ikun possibbli d-dritt nazzjonali b’mod konformi mal-interpretazzjoni mogħtija mill-Istat? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss (żmien determinat) konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).
(2) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).
(3) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).