Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0038

    Kawża C-38/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Białymstoku (il-Polonja) fil- 25 ta’ Jannar 2013 — Małgorzata Nierodzik vs Samodzielnemu Publicznemu Psychiatrycznemu Zakładowi Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy

    ĠU C 141, 18.5.2013, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 141/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Białymstoku (il-Polonja) fil-25 ta’ Jannar 2013 — Małgorzata Nierodzik vs Samodzielnemu Publicznemu Psychiatrycznemu Zakładowi Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy

    (Kawża C-38/13)

    2013/C 141/15

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy w Białymstoku

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Małgorzata Nierodzik

    Konvenuta: Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss (żmien determinat) konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 1999/70”), il-Klawżola 1 tal-Anness tad-Direttiva 1999/70, il-Klawżola 4 tal-Anness tad-Direttiva 1999/70, kif ukoll il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju li jipprojbixxi d-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq it-tip ta’ kuntratt ta’ xogħol għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-perijodu tal-preavviż għar-rexissjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, regoli differenti (inqas favorevoli mill-perspettiva tal-ħaddiema impjegati fuq il-bażi ta’ kuntratti għal żmien determinat) minn dawk li japplikaw għad-determinazzjoni tal-perijodu tal-preavviż għar-rexissjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat, u effettivament jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali (l-Artikolu 33 tal-Liġi tas-26 ta’ Ġunju 1984, Kodiċi tax-xogħol (…)) li tipprevedi, għar-rexissjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, perijodu ta’ preavviż fiss ta’ ġimagħtejn, li ma jiddependix mill-anzjanità tal-ħaddiem, filwaqt li l-perijodu tal-preavviż għar-rexissjoni fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat jiddependi mill-anzjanità tal-ħaddiem u jista’ jvarja bejn ġimagħtejn u tliet xhur (Artikolu 36(1) (…) tal-Kodiċi tax-xogħol)?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


    Top