EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0562

Kawża C-562/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Centre public d’action sociale d’Ottignies-Louvain-La-Neuve vs Moussa Abdida (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 19(2) u 47 — Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja — Artikolu 15(b) — Tortura jew trattament jew sanzjonijiet inumani jew degradanti imposti fuq applikant fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu — Artikolu 3 — Regoli iktar favorevoli — Applikant li jbati minn marda serja — Assenza ta’ trattament adatt disponibbli fil-pajjiż ta’ oriġini — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz b’residenza irregolari — Artikolu 13 — Azzjoni ġudizzjarja b’effett sospensiv — Artikolu 14 — Salvagwardji sakemm iseħħ ir-ritorn — Bżonnijiet bażiċi)

ĠU C 65, 23.2.2015, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Centre public d’action sociale d’Ottignies-Louvain-La-Neuve vs Moussa Abdida

(Kawża C-562/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 19(2) u 47 - Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 15(b) - Tortura jew trattament jew sanzjonijiet inumani jew degradanti imposti fuq applikant fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu - Artikolu 3 - Regoli iktar favorevoli - Applikant li jbati minn marda serja - Assenza ta’ trattament adatt disponibbli fil-pajjiż ta’ oriġini - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz b’residenza irregolari - Artikolu 13 - Azzjoni ġudizzjarja b’effett sospensiv - Artikolu 14 - Salvagwardji sakemm iseħħ ir-ritorn - Bżonnijiet bażiċi))

(2015/C 065/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Centre public d'action sociale d'Ottignies-Louvain-La-Neuve

Konvenut: Moussa Abdida

Dispożittiv

L-Artikoli 5 u 13 tad-Direttiva 2008/115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 19(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 14(1)(b) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali:

li ma tagħtix effett sospensiv għal rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjoni li tordna lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jbati minn marda serja jitlaq mit-territorju ta’ Stat Membru, meta l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni tista’ tesponi lil dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għal riskju serju ta’ deterjorament gravi u irriversibbli tal-istat ta’ saħħa tiegħu, u

li ma tipprevedix l-għoti, sa fejn huwa possibbli, ta’ bżonnijiet bażiċi lill-imsemmi ċittadin ta’ pajjiż terz, sabiex jiġi ggrantit li l-kura medika urġenti u t-trattament indispensabbli tal-mard ikunu jistgħu jiġu effettivament ipprovduti, matul il-perijodu li fih dan l-Istat membru jkun marbut jipposponi t-tneħħija tal-istess ċittadin ta’ pajjiż terz wara li jkun ġie ppreżentat appell.


(1)  ĠU C 9, 11.01.2014


Top