Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0522

    Kawża C-522/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad- 9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo n ° 1 de Ferrol – Spanja) – Ministerio de Defensa, Navantia SA vs Concello de Ferrol (Talba għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat”  — Taxxa fuq il-proprjetà fuq il-proprjetajiet immobbli — Eżenzjoni fiskali)

    ĠU C 439, 8.12.2014, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 439/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Ferrol – Spanja) – Ministerio de Defensa, Navantia SA vs Concello de Ferrol

    (Kawża C-522/13) (1)

    ((Talba għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Taxxa fuq il-proprjetà fuq il-proprjetajiet immobbli - Eżenzjoni fiskali))

    (2014/C 439/16)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Ferrol

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ministerio de Defensa, Navantia SA

    Konvenuti Concello de Ferrol

    Dispożittiv

    L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, ipprojbita taħt din id-dispożizzjoni, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà ta’ qatgħa art proprjetà tal-Istat u disponibbli lil impriża li din tal-aħħar hija proprjetarja tal-kapital kollu tagħha u li tipproduċi, minn din il-qatgħa art, oġġetti u servizzi li jistgħu jkunu kkummerċjati bejn l-Istati Membri fis-swieq miftuħa għall-kompetizzjoni. Madankollu, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk, fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-kawża li biha hija adita, evalwati fid-dawl tal-gwida interpretattiva pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tali eżenzjoni tat-taxxa għandhiex tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


    Top