Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0449

    Kawża C-449/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance d’Orléans – Franza) – CA Consumer Finance vs Ingrid Bakkaus, Charline Bonato, née Savary, Florian Bonato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Kreditu għall-konsum — Direttiva 2008/48/KE — Obbligu ta’ informazzjoni prekuntrattwali — Obbligu li tiġi vverifikata l-affidabbiltà finanzjarja ta’ min jissellef — Oneru tal-prova — Mezzi ta’ prova)

    ĠU C 65, 23.2.2015, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance d’Orléans – Franza) – CA Consumer Finance vs Ingrid Bakkaus, Charline Bonato, née Savary, Florian Bonato

    (Kawża C-449/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kreditu għall-konsum - Direttiva 2008/48/KE - Obbligu ta’ informazzjoni prekuntrattwali - Obbligu li tiġi vverifikata l-affidabbiltà finanzjarja ta’ min jissellef - Oneru tal-prova - Mezzi ta’ prova))

    (2015/C 065/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal d’instance d’Orléans

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: CA Consumer Finance

    Konvenuta: Ingrid Bakkaus, Charline Bonato, née Savary, Florian Bonato

    Dispożittiv

    1)

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    minn naħa, dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li l-oneru tal-prova għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi preskritti fl-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2008/48 huwa tal-konsumatur; u

    min-naħa l-oħra, dawn jipprekludu li, minħabba fi klawżola standard, il-qorti għandha tqis li l-konsumatur irrikonoxxa l-eżekuzzjoni sħiħa u korretta tal-obbligi prekuntrattwali ta’ min isellef, peress li din il-klawżola b’dan il-mod twassal għal qlib tal-oneru tal-prova tal-eżekuzzjoni tal-imsemmija obbligi b’tali mod li tippreġudika l-effettività tad-drittijiet rikonoxxuti mid-Direttiva 2008/48.

    2)

    L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, ma jipprekludix li l-evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur issir biss abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn dan tal-aħħar, sakemm din l-informazzjoni tkun suffiċjenti u sakemm sempliċi dikjarazzjonijiet tiegħu jkunu akkumpanjati minn dokumenti ta’ sostenn u, min-naħa l-oħra, min-naħa l-oħra, li ma jorbotx lil min isellef li jivverifika sistematikament l-informazzjoni pprovduta mill-konsumatur.

    3)

    L-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk ma jipprekludix lil min isellef milli jipprovdi spjegazzjonijiet xierqa lill-konsumatur qabel ma jevalwa s-sitwazzjoni finanzjarja u l-bżonnijiet ta’ dan tal-aħħar, jista’ jkun li l-evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur tkun teħtieġ adattament tal-ispjegazzjonijiet xierqa pprovduti, liema spjegazzjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-konsumatur fil-ħin, minn qabel il-firma tal-kuntratt ta’ kreditu, mingħajr madankollu ma jiġi redatt dokument speċifiku.


    (1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


    Top