Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0305

    Kawża C-305/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Haeger & Schmidt GmbH vs Mutuelles du Mans assurances Iard SA (MMA Iard), Jacques Lorio, Dominique Miquel, bħala stralċatarju ta’ Safram intercontinental SARL, Ace Insurance SA NV, Va Tech JST SA, Axa Corporate Solutions SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali — Artikolu 4(1), (2), (4) u (5) — Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla tal-partijiet — Kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport — Kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija)

    ĠU C 439, 8.12.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 439/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Haeger & Schmidt GmbH vs Mutuelles du Mans assurances Iard SA (MMA Iard), Jacques Lorio, Dominique Miquel, bħala stralċatarju ta’ Safram intercontinental SARL, Ace Insurance SA NV, Va Tech JST SA, Axa Corporate Solutions SA

    (Kawża C-305/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Artikolu 4(1), (2), (4) u (5) - Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla tal-partijiet - Kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport - Kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija))

    (2014/C 439/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Haeger & Schmidt GmbH

    Konvenuti: Mutuelles du Mans assurances Iard SA (MMA Iard), Jacques Lorio, Dominique Miquel, bħala stralċatarju ta’ Safram intercontinental SARL, Ace Insurance SA NV, Va Tech JST SA, Axa Corporate Solutions SA

    Dispożittiv

    1)

    L-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għal kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport biss meta l-għan prinċipali tal-kuntratt ikun jikkonsisti fit-trasport effettiv tal-merkanzija kkonċernata, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

    2)

    L-Artikolu 4(4) tal-imsemmija konvenzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-liġi applikabbli għal kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija għandu, jekk ma jkunx jista’ jiġi stabbilit b’applikazzjoni tat-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, jiġi ddeterminat skont ir-regola ġenerali prevista fil-paragrafu (1) ta’ dan l-artikolu, jiġifieri li l-liġi li tirregola dan il-kuntratt hija dik tal-pajjiż li miegħu dan għandu l-eqreb rabta.

    3)

    L-Artikolu 4(2) tal-istess konvenzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-ipoteżi fejn jiġi sostnut li kuntratt għandu rabta eqreb ma’ pajjiż li ma huwiex dak li l-liġi tiegħu hija msemmija mill-preżunzjoni li tinsab fl-imsemmi paragrafu, il-qorti nazzjonali għandha tqabbel ir-rabtiet eżistenti bejn dan il-kuntratt u, minn naħa, il-pajjiż li l-liġi tiegħu tissemma mill-preżunzjoni u, min-naħa l-oħra, il-pajjiż l-ieħor ikkonċernat. Għal dan l-għan, il-qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha, inkluża l-eżistenza ta’ kuntratti oħra marbuta mal-kuntratt inkwistjoni.


    (1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


    Top