EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0133
Case C-133/13: Judgment of the Court (Second Chamber) of 18 December 2014 (request for a preliminary ruling from the Raad van State — Netherlands) — Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financiën v Q (Reference for a preliminary ruling — Free movement of capital — Tax legislation — Gift tax — Exemption in respect of an ‘estate’ — No exemption in respect of property situated in the territory of another Member State)
Kawża C-133/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financiën vs Q (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq id-donazzjonijiet — Eżenzjoni fir-rigward ta’ “dominju rurali” — Eżenzjoni eskluża fir-rigward ta’ dominju li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor)

ĠU C 65, 23.2.2015, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financiën vs Q
(Kawża C-133/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-donazzjonijiet - Eżenzjoni fir-rigward ta’ “dominju rurali” - Eżenzjoni eskluża fir-rigward ta’ dominju li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor))
(2015/C 065/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Q
Dispożittiv
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li eżenzjoni minn taxxa fuq id-donazzjonijiet dovuta fir-rigward ta’ ċerti proprjetajiet protetti minħabba li jappartjenu lill-patrimonju kulturali u storiku nazzjonali hija limitata għal dawk il-proprjetajiet li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, sakemm din l-eżenzjoni ma tkunx eskluża fir-rigward tal-proprjetajiet li jistgħu jkunu marbuta mal-patrimonju kulturali u storiku tal-imsemmi Stat Membru minkejja l-fatt li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat ieħor.