Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0101

    Kawża C-101/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – U vs Stadt Karlsruhe (Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 2252/2004 — Parti 1 tad-Dokument 9303 tal-Organizzazzjoni internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili (ICAO) — Standards minimi ta’ sigurtà ta’ passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri — Passaport li jista’ jinqara minn magna — Kunjom mat-twelid li għandu jidher fuq il-paġna tad-data bijografika tal-passaport — Preżentazzjoni tal-isem mingħajr probabbiltà ta’ konfużjoni)

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – U vs Stadt Karlsruhe

    (Kawża C-101/13) (1)

    ((Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 2252/2004 - Parti 1 tad-Dokument 9303 tal-Organizzazzjoni internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili (ICAO) - Standards minimi ta’ sigurtà ta’ passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri - Passaport li jista’ jinqara minn magna - Kunjom mat-twelid li għandu jidher fuq il-paġna tad-data bijografika tal-passaport - Preżentazzjoni tal-isem mingħajr probabbiltà ta’ konfużjoni))

    2014/C 421/11

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: U

    Konvenut: Stadt Karlsruhe

    Dispożittiv

    1)

    L-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeħtieġ li l-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, ta’ passaporti redatti mill-Istati Membri għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet obbligatorji kollha previsti fil-Parti 1 tad-Dokument 9303 tal-Organizzazzjoni internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili (ICAO).

    2)

    L-Anness tar-Regolament Nru 2252/2004, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009, moqri flimkien mal-Parti 1 tad-Dokument 9303 tal-Organizzazzjoni internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, meta dritt ta’ Stat Membru jipprevedi li l-isem ta’ persuna jkun kompost mill-ismijiet tagħha u minn kunjomha, lil dan l-Istat Membru milli jkun jista’ madankollu jniżżel il-kunjom mat-twelid jew bħala identifikatur primarju fil-kamp 06 tal-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, ta’ passaport, jew bħala identifikatur sekondarju fil-kamp 07 ta’ din il-paġna, jew f’kamp uniku magħmul mill-imsemmija kampijiet 06 u 07.

    3)

    L-Anness tar-Regolament Nru 2252/2004, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-punt 8.6 tas-Sezzjoni IV tal-Parti 1 tad-Dokument 9303 tal-Organizzazzjoni internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta d-dritt ta’ Stat Membru jipprevedi li l-isem ta’ persuna huwa kompost mill-ismijiet tagħha u minn kunjomha, jipprekludi lil dan l-Istat milli jkun jista’ jniżżel il-kunjom mat-twelid bħala data personali fakultattiva fil-kamp 13 tal-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, tal-passport.

    4)

    L-Anness tar-Regolament Nru 2252/2004, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Parti 1 tad-Dokument 9303 tal-Organizzazzjoni internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili, għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-Artikolu 7 tal-Karta, fis-sens li meta dritt ta’ Stat Membru jipprevedi li l-isem ta’ persuna jkun kompost mill-ismijiet tagħha u minn kunjomha, jekk dan l-Istat Membru madankollu jagħżel li jniżżel il-kunjom mat-twelid tad-detentur tal-passaport fil-kamp 06 u/jew 07 tal-paġna tad-data bijografika, li tista’ tinqara minn magna, ta’ passaport, huwa għandu jindika, mingħajr ambigwità, fid-deskrizzjoni ta’ dawn il-kampijiet, li hemm imniżżel il-kunjom mat-twelid.


    (1)  ĠU C ##, ##.


    Top