EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0462

Kawża T-462/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Marzu 2013 — Pilkington Group vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda tat-talba intiża sabiex jinkiseb trattament kunfidenzjali ta’ data allegatament koperta mis-sigriet kummerċjali — Talba għal miżuri provviżorji — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi” )

ĠU C 141, 18.5.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/18


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2013 — Pilkington Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/12 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda tat-talba intiża sabiex jinkiseb trattament kunfidenzjali ta’ data allegatament koperta mis-sigriet kummerċjali - Talba għal miżuri provviżorji - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi)

2013/C 141/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pilkington Group Ltd (St Helens, Merseyside, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Scott, S. Wisking u K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, P. Van Nuffel u G. Meeßen, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 5718 finali, tas-6 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Pilkington Group Ltd, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Kawża COMP/39.125 — Carglass), u talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex tiġi ordnata ż-żamma tat-trattament kunfidenzjali mogħti lil ċerta data dwar ir-rikorrenti għal dak li jirrigwarda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 — Carglass).

Dispożittiv

(1)

It-talbiet għal intervent ta’ HUK-Coburg, ta’ LVM, ta’ VHV u ta’ Württembergische Gemeinde-Versicherung huma miċħuda.

(2)

L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 5718 finali tal-Kummissjoni, tal-6 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad it-talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Pilkington Group Ltd, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/39.125 — Carglass), għal dak li jirrigwarda ż-żewġ kategoriji ta’ informazzjoni, bħal dawk imsemmija fil-punt 6 tad-Deċiżjoni C(2012) 5718 finali, dwar, minn naħa, l-ismijiet tal-klijenti, l-ismijiet u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti kif ukoll informazzjoni oħra li tista’ twassal għall-identifikazzjoni ta’ ċerti klijenti u, min-naħa l-oħra, fost id-dokumenti prodotti mill-Pilkington Group, is-sehem ta’ manifattur ta’ vetturi bil-mutur speċifiku, il-kalkoli tal-prezz, it-tibdil fil-prezz, eċċ.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija ordnata tastjeni milli tippubblika verżjoni tad-Deċiżjoni C(2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 — Carglass), li tkun iktar dettaljata, għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni fiż-żewġ kategoriji msemmija fil-punt 2 iktar ’il fuq, minn dik ippubblikata fi Frar 2010 fuq is-sit tal-Internet tagħha.

(4)

Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(5)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top