Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0215

Kawża T-215/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 2 ta’ Ottubru 2014 – MPM-Quality u Eutech vs UASI [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva MANUFACTURE PRIM 1949 — Trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti PRIM — Mala fide — Artikolu 165(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikoli 41 u 56 tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt” ]

ĠU C 421, 24.11.2014, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – MPM-Quality u Eutech vs UASI

(Kawża T-215/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva MANUFACTURE PRIM 1949 - Trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti PRIM - Mala fide - Artikolu 165(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 41 u 56 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])

2014/C 421/59

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: MPM-Quality v.o.s. (Frýdek-Místek, ir-Repubblika Ċeka); u Eutech a.s. (Šternberk, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (rappreżentanti: D. Gája u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elton Hodinářská a.s. (Nové Mesto nad Metují, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Matoušek, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2012 (Każ R 826/2010-4), dwar proċediment għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, MPM-Quality v.o.s. u Eutech a.s. u, min-naħa l-oħra, Elton Hodinářská a.s.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MPM Quality v.o.s. u Eutech a.s. huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 273, 8.9.2012.


Top