Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0543

    Kawża T-543/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Ottubru 2014 – Grau Ferrer vs UASI – Rubio Ferrer (Bugui va) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Bugui va — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti Bugui u trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti BUGUI — Raġuni relattiva għal rifjut — Ċaħda tal-oppożizzjoni — Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Eżistenza tat-trade mark preċedenti — Assenza ta’ teħid inkunisiderazzjoni ta’ provi ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni quddiem il-Bord tal-Appell — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv” ]

    ĠU C 439, 8.12.2014, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 439/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2014 – Grau Ferrer vs UASI – Rubio Ferrer (Bugui va)

    (Kawża T-543/12) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Bugui va - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti Bugui u trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti BUGUI - Raġuni relattiva għal rifjut - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżistenza tat-trade mark preċedenti - Assenza ta’ teħid inkunisiderazzjoni ta’ provi ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”])

    (2014/C 439/36)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Xavier Grau Ferrer (Caldes de Montbui, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Juan Cándido Rubio Ferrer (Xeraco, Spanja) u Alberto Rubio Ferrer (Xeraco) (rappreżentant: A. Cañizares Doménech, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ottubru 2012 (Każijiet magħquda R 274/2011-4 u R 520/2011-4), dwar prpoċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Xavier Grau Ferrer u, min-naħa l-oħra, Juan Cándido Rubio Ferrer u Alberto Rubio Ferrer.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armoninzzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Ottubru 2012 (Każijiet magħquda R 274/2011-4 u R 520/2011-4), hija annullata.

    2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Xavier Grau Ferrer.

    3)

    Juan Cándido Rubio Ferrer u Alberto Rubio Ferrer għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 55, 23.02.2013.


    Top