Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0502

    Kawża T-502/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ April 2014 – Ferring vs UASI –Tillotts Pharma (OCTASA) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OCTASA — Trade marks nazzjonali, tal-Benelux u internazzjonali verbali preċedenti PENTASA u OCTOSTIM — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

    ĠU C 175, 10.6.2014, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/40


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Ferring vs UASI –Tillotts Pharma (OCTASA)

    (Kawża T-502/12) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OCTASA - Trade marks nazzjonali, tal-Benelux u internazzjonali verbali preċedenti PENTASA u OCTOSTIM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    2014/C 175/53

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ferring BV (Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: I. Fowler, solicitor, A. Renck u J. Fuhrmann, avukati, sussegwentement minn I. Fowler, A. Renck u D. Slopek, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tillotts Pharma AG (Ziefen, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1216/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferring BV u Tillotts Pharma AG.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1216/2011-4) hija annullata.

    2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll in-nofs ta’ dawk sostnuti minn Ferring BV.

    3)

    Tillotts Pharma AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll in-nofs ta’ dawk sostnuti minn Ferring.


    (1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


    Top