This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TA0297
Case T-297/12: Judgment of the General Court of 16 October 2014 — Evropaïki Dynamiki v Commission (Non-contractual liability — Public service contracts — Disclosure by the Commission to third parties of information allegedly harmful to the applicant’s reputation — Non-pecuniary loss — Sufficiently serious infringement of a legal rule conferring rights on individuals)
Kawża T-297/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ottubru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( “Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lil terzi ta’ informazzjoni allegatament dannuża għar-reputazzjoni tar-rikorrenti — Danni morali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi” )
Kawża T-297/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ottubru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( “Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lil terzi ta’ informazzjoni allegatament dannuża għar-reputazzjoni tar-rikorrenti — Danni morali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi” )
ĠU C 421, 24.11.2014, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-297/12) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lil terzi ta’ informazzjoni allegatament dannuża għar-reputazzjoni tar-rikorrenti - Danni morali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”))
2014/C 421/42
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune u S. Delaude, aġenti, assistiti minn E. Petritsi, avukat)
Suġġett
Talba għal kumpens tad-dannu allegatament imġarrab minħabba kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lil terzi, fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Lulju 2007, ta’ ċerta informazzjoni dwar, minn naħa, investigazzjoni amministrattiva tal-Kummissjoni li tikkonċerna r-rikorrenti, u min-naħa l-oħra, il-politika ta’ din tal-aħħar fil-qasam tar-reklutaġġ tal-persunal.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż. |