Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FB0035

    Kawża F-35/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 30 ta’ Settembru 2014 – DM vs ORECE (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ — Viżta medika ta’ reklutaġġ — Artikolu 100 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Riżerva medika — Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova — Talbiet għal annullament li ma għadx għandhom skop mingħajr għan — Impożizzjoni ta’ riżerva medika mar-reklutaġġ tal-persuna kkonċernata minn aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea — Assenza ta’ effett — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/54


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2014 – DM vs ORECE

    (Kawża F-35/12) (1)

    ((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Viżta medika ta’ reklutaġġ - Artikolu 100 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Riżerva medika - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Talbiet għal annullament li ma għadx għandhom skop mingħajr għan - Impożizzjoni ta’ riżerva medika mar-reklutaġġ tal-persuna kkonċernata minn aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea - Assenza ta’ effett - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

    2014/C 421/75

    Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: DM (rappreżentanti: inizjalment minn D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn D. Abreau Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati)

    Konvenut: Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (rappreżentanti: M. Chiodi, aġent, D. Waelbroeck, A. Duron, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi applikata klawżola medika ta’ riżerva fir-rigward tar-rikorrent mid-dħul tiegħu fil-kariga u tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    2)

    Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż esposti minn DM.


    (1)  ĠU C 138, 12.05.2012, p. 37


    Top