Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0096

    Kawża F-96/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 24 April 2013 — Demeneix vs Il-Kummissjoni ( “Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Kundizzjoni marbuta mal-esperjenza professjonali — Portata tas-setgħa diskrezzjonali” )

    ĠU C 171, 15.6.2013, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/41


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 April 2013 — Demeneix vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-96/12) (1)

    (Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Kundizzjoni marbuta mal-esperjenza professjonali - Portata tas-setgħa diskrezzjonali)

    2013/C 171/85

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Laurent Demeneix (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 li tikkonferma d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva peress li dan ma jissodisfax ċerti kundizzjonijiet speċifiċi ta’ ammissjoni għal din il-kompetizzjoni u talba għad-danni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    L. Demeneix għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 343, 10.11.2012, p. 23.


    Top