Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0445

Kawża C-445/12 P: Appell ippreżentat fit- 3 ta’ Ottubru 2012 minn Rivella International AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit- 12 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-170/11 — Rivella International AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

ĠU C 366, 24.11.2012, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/27


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2012 minn Rivella International AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-12 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-170/11 — Rivella International AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-445/12 P)

2012/C 366/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Rivella International AG (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker, R. Jacobs, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Baskaya di Baskay Alim e C. Sas

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tikkontesta, b’dan l-appell, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-12 ta’ Lulju 2012, li ddeċidiet dwar rikors mid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Jannar 2011 (Każ R 534/2010-4), rigward proċidementi ta’ oppożizzjoni bejn Rivella International AG u Baskaya di Baskaya Alim e C. Sas.

L-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin:

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) sa fejn:

talbet il-prova ta’ użu ġenwin mit-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni, minkejja li din it-trade mark la hija trade mark Komunitarja u lanqas “trade mark nazzjonali preċedenti”, iżda l-parti Ġermaniża ta’ trade mark irreġistrata fuq il-livell internazzjonali;

qieset li l-kwistjoni tat-territorju ta’ użu minn trade mark preċedenti (internazzjonali) rreġistrata hija rregolata esklużivament mir-Regolament Nru 207/2009, u li d-dritt nazzjonali tal-Istati Membri huwa applikabbli biss sussidjarjament f’dan ir-rigward;

ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li tali interpretazzjoni twassal għal riżultat mhux mixtieq mir-Regolament Nru 207/2009 u, b’mod partikolari mit-tielet premessa tiegħu, jiġifieri diverġenza bejn ir-reġistrazzjoni u l-possibbiltajiet ta’ użu minn trade mark Komunitarja, lil hinn mill-każijiet previsti b’mod espliċitu mir-Regolament.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Top