This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0080
Case T-80/11: Action brought on 9 February 2011 — Nath Kalsi v OHIM — American Clothing Associates (RIDGE WOOD)
Kawża T-80/11: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Frar 2011 — Nath Kalsi vs UASI — American Clothing Associates (RIDGE WOOD)
Kawża T-80/11: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Frar 2011 — Nath Kalsi vs UASI — American Clothing Associates (RIDGE WOOD)
ĠU C 103, 2.4.2011, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/26 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2011 — Nath Kalsi vs UASI — American Clothing Associates (RIDGE WOOD)
(Kawża T-80/11)
2011/C 103/45
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dwarka Nath Kalsi u Ajit Nath Kalsi (Agra, l-Indja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: American Clothing Associates NV (Evergem, il-Belġju)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Novembru 2010 fil-Każ R 599/2010-1; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “RIDGE WOOD”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 24 u 25
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: American Clothing Associates NV
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “RIVER WOODS” u trade mark figurattivi li jinkludu l-element verbali “RIVER WOODS” u “River Woods”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 40
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) minħabba li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti; ksur tal-Artikolu 15(1) u tal-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 minħabba li ma ġewx prodotti provi dwar l-użu tat-trade marks preċedenti, kif ukoll ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 minħabba li l-fatti invokati minn American Clothing Associates ma humiex suffiċjenti sabiex jissostanzjaw l-eżistenza ta’ reputazzjoni fis-sens ta’ dan l-artikolu.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).