Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0618

    Kawża T-618/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — De Nicola vs BEI ( “Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Promozzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2008 — Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell — Portata tal-istħarriġ — Rapport ta’ evalwazzjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Terminu raġonevoli — Talba għal annullament — Talba għal ħlas ta’ kumpens għad-danni — Litispendance” )

    ĠU C 313, 26.10.2013, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — De Nicola vs BEI

    (Kawża T-618/11 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2008 - Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell - Portata tal-istħarriġ - Rapport ta’ evalwazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Terminu raġonevoli - Talba għal annullament - Talba għal ħlas ta’ kumpens għad-danni - Litispendance)

    2013/C 313/50

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

    Appellat: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Gilliams u F. Martin, sussegwentement minn T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011, De Nicola vs BEI (F-13/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u bil-għan tal-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011, De Nicola vs BEI (F-13/10) hija annullata, sa fejn din tiċħad it-talbiet ta’ Carlo De Nicola bil-għan tal-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).

    (2)

    Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

    (3)

    Ir-rikors ippreżentat minn C. De Nicola quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-13/10 huwa miċħud.

    (4)

    C De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-BEI relatati mal-proċeduri kemm quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll tal-istanza preżenti.

    (5)

    Il-BEI għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu relatati kemm mal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll ma’ dawk tal-istanza preżenti.


    (1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


    Top