Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0214

    Kawża T-214/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2013 — ClientEarth u PAN Europe vs EFSA ( “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Isem tal-esperti li ppreżentaw osservazzjonijiet dwar abbozz ta’ gwida dwar id-dokumentazzjoni xjentifika li għandha tiġi mehmuża mat-talbiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u ta’ sustanzi attivi li jinsabu f’dawn il-prodotti — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Protezzjoni tad-data personali — Regolament (KE) Nru 45/2001 — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

    ĠU C 313, 26.10.2013, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/21


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — ClientEarth u PAN Europe vs EFSA

    (Kawża T-214/11) (1)

    (Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Isem tal-esperti li ppreżentaw osservazzjonijiet dwar abbozz ta’ gwida dwar id-dokumentazzjoni xjentifika li għandha tiġi mehmuża mat-talbiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u ta’ sustanzi attivi li jinsabu f’dawn il-prodotti - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Protezzjoni tad-data personali - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Obbligu ta’ motivazzjoni)

    2013/C 313/40

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); u Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

    Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentant: D. Detken, aġent)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver, P. Ondrůšek u C. ten Dam, sussegwentement P. Oliver, P. Ondrůšek u B. Martenczuk, aġenti)

    Suġġett

    Inizjalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EFSA, tal-10 ta’ Frar 2011, li tirrifjuta talba għall-aċċess, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), għal ċerti dokumenti tax-xogħol li jikkonċernaw gwida, ippreparata mill-EFSA, għall-attenzjoni tal-awturi ta’ talbiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, u sussegwentement talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EFSA, tat-12 ta’ Diċembru 2011, li tirtira d-deċiżjoni preċedenti u li tagħti aċċess lir-rikorrenti għall-informazzjoni kollha mitluba, bl-eċċezzjoni ta’ isem l-esperti esterni li għamlu xi osservazzjonijiet dwar l-abbozz ta’ gwida.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    ClientEarth u Pesticide Action Network Europe (PAN Europe), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Kummissjoni Ewropea għandhom, kull waħda minnhom, ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  DO C 130, de 30.4.2011.


    Top