Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0556

    Kawża C-556/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Valladolid (Spanja) fit- 3 ta’ Novembru 2011 — María Jesús Lorenzo Martínez vs Dirección Provincial de Educación Valladolid

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/33


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Valladolid (Spanja) fit-3 ta’ Novembru 2011 — María Jesús Lorenzo Martínez vs Dirección Provincial de Educación Valladolid

    (Kawża C-556/11)

    (2012/C 25/62)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado Contencioso-Administrativo de Valladolid

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: María Jesús Lorenzo Martínez

    Konvenuta: Dirección Provincial de Educación de Valladolid

    Domanda preliminari

    Il-fatt li wieħed ikun impjegat permanenti mas-servizz ċivil u, konsegwentement, il-fatt li jappartjeni għal waħda mill-kategoriji li abbażi tagħhom is-servizz pubbliku tat-tagħlim huwa strutturat, jikkostitwixxi raġuni oġġettiva suffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat li l-komponent uniku tal-kumpens speċifiku għal “taħriġ kontinwu” (ukoll ikklassifikat bħala allowance ta’ kull sitt snin) jitħallas biss, ladarba hemm il-prova li l-kundizzjonijiet meħtieġa huma ssodisfatti, lill-uffiċjali permanenti li jagħmlu parti mis-servizz pubbliku tat-tagħlim?


    Top