Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0487

    Kawża C-487/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (Ir-Repubblika tal-Latvja) fit- 22 ta’ Settembru 2011 — Laimonis Treimanis vs Valsts ieņēmumu dienests

    ĠU C 347, 26.11.2011, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 347/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (Ir-Repubblika tal-Latvja) fit-22 ta’ Settembru 2011 — Laimonis Treimanis vs Valsts ieņēmumu dienests

    (Kawża C-487/11)

    2011/C 347/23

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Administratīvā rajona tiesa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Laimonis Treimanis

    Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 918/83 (1) jipprojbixxi lill-proprjetarju ta’ vettura personali importata minn Stat terz fit-territorju tal-Unjoni Ewropea li jagħti l-imsemmija vettura, għall-finijiet tal-użu tagħha bla ħlas, lil membru tal-familja tiegħu li jkun effettivament ittrasferixxa r-residenza tiegħu minn Stat terz lejn l-Unjoni Ewropea u li kien jgħix mal-proprjetarju tal-vettura fl-istess dar fl-Istat terz qabel l-importazzjoni tal-vettura fl-Unjoni Ewropea, meta l-proprjetarju tal-vettura jirrisjedi prinċipalment f’dan l-Istat terz wara l-importazzjoni tal-imsemmija vettura fl-Unjoni Ewropea?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 419.


    Top