Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0069

Kawża C-69/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 9 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge — il-Belġju) — Connoisseur Belgium BVBA vs Belgische Staat (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Sitt Direttiva tal-VAT — Arikolu 1lA(1)(a) — Valur taxxabbli — Spejjeż mhux iffatturati mill-persuna taxxabbli)

ĠU C 73, 10.3.2012, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge — il-Belġju) — Connoisseur Belgium BVBA vs Belgische Staat

(Kawża C-69/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Sitt Direttiva tal-VAT - Arikolu 1lA(1)(a) - Valur taxxabbli - Spejjeż mhux iffatturati mill-persuna taxxabbli)

2012/C 73/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brugge

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Connoisseur Belgium BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Brugge — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) u tal-Artikolu 73 tad Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kiri ta’ dgħajjes għar-rikreazzjoni — Ftehim dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż bejn l-impriża li tipprovdi d dgħajjes għall-kiri u l impriża li tikri — Possibbiltà ta’ fatturazzjoni ta’ ċerti spejjeż lill-impriża kerrejja — Nuqqas ta’ fatturazzjoni — Dispożizzjoni nazzjonali li teżiġi l-pagament tal-VAT fuq dawn l ispejjeż li ma humiex fatturati

Dispożittiv

L-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, it-taxxa fuq il-valur miżjud ma hijiex dovuta fuq l-ispejjeż jew fuq l-ammonti li setgħu jiġu ffatturati permezz ta’ kuntratt mill-persuna taxxabbli lill-parti kontraenti l-oħra, li iżda ma ġewx iffatturati.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011


Top