Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0545

    Kawża C-545/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder) — il-Ġermanja) — Agrargenossenschaft Neuzelle eG vs Landrat des Landkreises Oder-Spree (Politika Agrikola Komuni — Regolament (KE) Nru 73/2009 — Artikolu 7(1) u (2) — Modulazzjoni tal-pagamenti diretti mogħtija lill-bdiewa — Tnaqqis supplimentari tal-ammonti ta’ pagamenti diretti — Validità — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

    ĠU C 141, 18.5.2013, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 141/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder) — il-Ġermanja) — Agrargenossenschaft Neuzelle eG vs Landrat des Landkreises Oder-Spree

    (Kawża C-545/11) (1)

    (Politika Agrikola Komuni - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikolu 7(1) u (2) - Modulazzjoni tal-pagamenti diretti mogħtija lill-bdiewa - Tnaqqis supplimentari tal-ammonti ta’ pagamenti diretti - Validità - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

    2013/C 141/11

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Agrargenossenschaft Neuzelle eG

    Konvenut: Landrat des Landkreises Oder-Spree

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder) — Validità tal-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16) — Tnaqqis tal-ammonti tal-pagamenti diretti għas-snin 2009 sa 2012 li huwa ikbar minn dak previst mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

    Dispożittiv

    (1)

    L-istħarriġ tal-ewwel domanda ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

    (2)

    L-istħarriġ tat-tieni domanda ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009 fid-dawl tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.


    (1)  ĠU C 25, 28.1.2012


    Top