EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0331

Kawża C-331/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal- 25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 1999/31/KE — Rimi ta’ skart f’terraferma — Artikolu 14 — Terraferma eżistenti — Assenza ta’ pjan ta’ kundizzjonament tas-sit — Tkomplija tal-operat)

ĠU C 171, 15.6.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-331/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/31/KE - Rimi ta’ skart f’terraferma - Artikolu 14 - Terraferma eżistenti - Assenza ta’ pjan ta’ kundizzjonament tas-sit - Tkomplija tal-operat)

2013/C 171/10

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u A. Tokár, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 14(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228) — Tkomplija tal-operat tat-terraferma tal-iskart Žilina — Považský Chlmec b’assenza ta’ pjan ta’ kundizzjonament tas-sit

Dispożittiv

(1)

Billi awtorizzat l-operat tat-terraferma ta’ Žilina — Považský Chlmec, mingħajr pjan ta’ kundizzjonament u b’assenza ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-operat abbażi ta’ pjan ta’ kundizzjonament approvat, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(a) sa (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma.

(2)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


Top