Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0212

    Kawża C-212/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Jyske Bank Gibraltar Ltd vs Administración del Estado (Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop ta’ ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu — Direttiva 2005/60/KE — Artikolu 22(2) — Deċiżjoni 2000/642/ĠAI — Obbligu ta’ rapportaġġ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi impost fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu — Istituzzjoni li topera taħt is-sistema tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Identifikazzjoni tal-unità nazzjonali tal-intelliġenza finanzjarja responsabbli mill-ġbir tal-informazzjoni — Artikolu 56 TFUE — Ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Rekwiżiti imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

    ĠU C 171, 15.6.2013, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Jyske Bank Gibraltar Ltd vs Administración del Estado

    (Kawża C-212/11) (1)

    (Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop ta’ ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu - Direttiva 2005/60/KE - Artikolu 22(2) - Deċiżjoni 2000/642/ĠAI - Obbligu ta’ rapportaġġ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi impost fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Istituzzjoni li topera taħt is-sistema tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Identifikazzjoni tal-unità nazzjonali tal-intelliġenza finanzjarja responsabbli mill-ġbir tal-informazzjoni - Artikolu 56 TFUE - Ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Rekwiżiti imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità)

    2013/C 171/09

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Jyske Bank Gibraltar Ltd

    Konvenuta: Administración del Estado

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p. 15) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi, b’mod imperattiv u dirett, li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw fit-territorju nazzjonali mingħajr ma jkunu stabbiliti permanentement fih, jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-informazzjoni meħtieġa

    Dispożittiv

    L-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li teżiġi li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkomunikaw l-informazzjoni mitluba minħabba fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu direttament lill-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja ta’ dan l-Istat meta dawn l-istituzzjonijiet jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fit-territorju nazzjonali permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, sakemm din il-leġiżlazzjoni ma tipperikolax l-effettività tal-imsemmija direttiva kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI, tas-17 ta’ Ottubru 2000, dwar l-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni.

    L-Artikolu 56 TFUE għandu jkun interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni simili jekk din il-leġiżlazzjoni hija ġġustifikata b’raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, jekk hija adegwata sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan li trid tilħaq, jekk ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq dan l-għan u jekk hija tapplika b’mod nondiskriminatorju, u hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina dan, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni dan li ġej:

    leġiżlazzjoni simili hija adegwata sabiex tilħaq dan il-għan tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu jekk tippermetti li l-Istat Membru kkonċernat jissorvelja u jissospendi effettivament it-tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi mwettqa mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju nazzjonali u, jekk ikun il-każ, li jipproċessaw u jippenalizzaw lil dawk responsabbli;

    l-obbligu impost minn din il-leġiżlazzjoni fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jista’ jikkostitwixxi miżura proporzjonata sabiex jintlaħaq dan il-għan fin-nuqqas, fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali, ta’ mekkaniżmu effikaċi li jiggarantixxi kooperazzjoni sħiħa u kompleta tal-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja.


    (1)  ĠU C 226, 30.7.2011.


    Top