EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0551

Kawża T-551/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2013 — Fri-El Acerra vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Sussidju previst għall-akkwist u għall-konverżjoni ta’ impjant termoelettriku f’impjant ta’ enerġija elettrika li titħaddem bil-bijokombustibbli — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Applikazzjoni ratione temporis tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali — Aspettattivi leġittimi — Effett ta’ inċentiv” )

ĠU C 313, 26.10.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Fri-El Acerra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-551/10) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Sussidju previst għall-akkwist u għall-konverżjoni ta’ impjant termoelettriku f’impjant ta’ enerġija elettrika li titħaddem bil-bijokombustibbli - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Applikazzjoni ratione temporis tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali - Aspettattivi leġittimi - Effett ta’ inċentiv)

2013/C 313/38

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Fri-El Acerra Srl (Acerra, l-Italja) (rappreżentanti: M. Todino u P. Fattori, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u P. Manzini, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/110/UE, tal-15 ta’ Settembru 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 8/09 (ex N 357/08) li l-Italja beħsiebha tagħti lil Fri-El Acerra Srl (ĠU 2011, L 46, p. 28).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Fri-El Acerra Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 29.1.2011.


Top