Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0080

    Kawża T-80/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 25 ta’ April 2013 — Bell & Ross vs UASI — KIN (Kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn) ( “Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn — Disinn preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Nuqqas ta’ karattru individwali — Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti — Utent avżat — Grad ta’ libertà tad-disinjatur — Artikoli 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Konnessjoni ma’ kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Qorti tad-disinni Komunitarji — Artikolu 91 tar-Regolament Nru 6/2002” )

    ĠU C 171, 15.6.2013, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Bell & Ross vs UASI — KIN (Kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn)

    (Kawża T-80/10) (1)

    (Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn - Disinn preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Nuqqas ta’ karattru individwali - Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti - Utent avżat - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Artikoli 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Konnessjoni ma’ kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Qorti tad-disinni Komunitarji - Artikolu 91 tar-Regolament Nru 6/2002)

    2013/C 171/49

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bell & Ross BV (Zoetermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Guerlain, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KIN AB (Upplands Väsby, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Nielsen u C. Galichet, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Diċembru 2009 (Każ 1285/200-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Klockgrossisten i Norden AB u Bell & Ross BV.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Bell & Ross BV hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk li KIN AB sostniet matul il-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.


    (1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


    Top