This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0019
Case C-19/10: Action brought on 12 January 2010 — European Commission v Italian Republic
Kawża C-19/10: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
Kawża C-19/10: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
ĠU C 80, 27.3.2010, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/15 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-19/10)
2010/C 80/27
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u S. Mortoni, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet tal-parti rikorrenti
— |
tikkonstata li peress li ma adottatx il-miżuri nazzjonali sabiex timplementa l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga, peress li naqset milli tikkomunikahom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16 tal-imsemmi regolament, u peress li ma adottatx il-miżuri nazzjonali sabiex timplementa l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 (2) tat-22 ta’ Diċembru 2004, li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija regolamenti. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Regolament Nru 273/2004 daħal fis-seħħ fit-18 ta’ Awwissu 2005; ir-Regolament Nru 111/2005 daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2005 u beda japplika mit-18 ta’ Awwissu 2005. Peress li ma rċeviet l-ebda notifika dwar id-dispożizzjonijiet li l-Italja kienet meħtieġa tadotta skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 273/2004 u skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 111/2005, u peress li ma rċeviet l-ebda informazjoni min-naħa tar-Repubblika Taljana li tista’ tfisser li l-miżuri neċessarji kienu effettivament adottati, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika Taljana ma adottatx tali miżuri u naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-Regolament Nru 273/2004 u r-Regolament Nru 111/2005.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46–56
(2) ĠU L 333, 11.12.2008, p. 472–501