Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0011

    Kawża C-11/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit- 8 ta’ Jannar 2010 — Staatssecretaris van Financiën vs Marishipping and Transport BV

    ĠU C 80, 27.3.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-8 ta’ Jannar 2010 — Staatssecretaris van Financiën vs Marishipping and Transport BV

    (Kawża C-11/10)

    2010/C 80/23

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

    Konvenuta: Marishipping and Transport BV

    Domandi preliminari

    (1)

    L-eżenzjoni mid-dazju tas-sustanzi farmaċewtiċi msemmija fl-Ewwel Parti, Taqsima II, Parti C(i) tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1), tat-23 ta’ Lulju 1987, moqri flimkien mal-lista ta’ sustanzi farmaċewtiċi li jinsabu fit-Tielet Parti (annessi) tat-Taqsima II tal-Anness 3, hija limitata għas-sustanzi (kimiċi) imsemmija fil-forma pura tagħhom?

    (2)

    Jekk sustanzi oħra jistgħu jiżdiedu mas-sustanza farmaċewtika indikata, liema huma r-restrizzjonijiet applikabbli f’dan ir-rigward?


    (1)  Regolament dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).


    Top