Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0008

    Kawża C-8/10: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    ĠU C 80, 27.3.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/13


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    (Kawża C-8/10)

    2010/C 80/22

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. de Schietere de Lophem, aġenti)

    Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    Talbiet

    tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta intrapriżi tal-assigurazzjoni (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

    tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/46/KE skada fil-5 ta’ Settembru 2008. Issa, sad-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu adotta l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jittrasponi din id-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU L 224, p. 1


    Top