Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0480

    Kawża C-480/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 11 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jiġi fformat grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT)

    ĠU C 171, 15.6.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

    (Kawża C-480/10) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jiġi fformat grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT)

    2013/C 171/02

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u K. Simonsson, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Liġi nazzjonali li tillimita l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirrigwarda s-sistema ta’ ragruppament għall-finijiet tal-VAT biss għall-impriżi li jwettqu attivitajiet fil-qasam finanzjarju.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    L-Irlanda u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 328, 4.12.2010.


    Top