Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0321

    Kawża C-321/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas- 17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2007/2/KE — Politika ambjentali — Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) — Skambju u aġġornament ta’ data f’format elettroniku — Traspożizzjoni inkompleta)

    ĠU C 103, 2.4.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

    (Kawża C-321/10) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/2/KE - Politika ambjentali - Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) - Skambju u aġġornament ta’ data f’format elettroniku - Traspożizzjoni inkompleta)

    2011/C 103/15

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Sénéchal, aġent)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u M. Jacobs, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, p. 1)

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva.

    (2)

    Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 246, 11.9.2010.


    Top