EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0113

Kawżi magħquda C-113/10, C-147/10 u C-234/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 27 ta’ Settembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja, tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit, tat-Tribunal de grande instance de Nanterre — Franza) — Zuckerfabrik Jülich AG vs Hauptzollamt Aachen (C-113/10), British Sugar plc vs Rural Payments Agency, an Executive Agency of the Department for Environment, Food & Rural Affairs (C-147/10), u Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable vs Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers (C-234/10) (Politika agrikola komuni — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Produtturi taz-zokkor u tal-isoglukożju — Kalkolu tal-ammont tal-imposti fuq il-produzzjoni — Validità ta’ mod ta’ kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni ammonti ta’ rifużjonijiet fittizji għall-kwantitajiet ta’ zokkor esportati mingħajr rifużjoni — Retroattività tal-leġiżlazzjoni — Rata ta’ kambju — Dritt għal interessi)

ĠU C 366, 24.11.2012, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja, tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit, tat-Tribunal de grande instance de Nanterre — Franza) — Zuckerfabrik Jülich AG vs Hauptzollamt Aachen (C-113/10), British Sugar plc vs Rural Payments Agency, an Executive Agency of the Department for Environment, Food & Rural Affairs (C-147/10), u Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable vs Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers (C-234/10)

(Kawżi magħquda C-113/10, C-147/10 u C-234/10) (1)

(Politika agrikola komuni - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Produtturi taz-zokkor u tal-isoglukożju - Kalkolu tal-ammont tal-imposti fuq il-produzzjoni - Validità ta’ mod ta’ kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni ammonti ta’ rifużjonijiet fittizji għall-kwantitajiet ta’ zokkor esportati mingħajr rifużjoni - Retroattività tal-leġiżlazzjoni - Rata ta’ kambju - Dritt għal interessi)

2012/C 366/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż

Qrati tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf, High Court of Justice (Chancery Division), Tribunal de grande instance de Nanterre

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zuckerfabrik Jülich AG (C-113/10), British Sugar plc (C-147/10), Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable (C-234/10)

Konvenuti: Hauptzollamt Aachen (C-113/10), Rural Payments Agency, an Executive Agency of the Department for Environment, Food & Rural Affairs (C-147/10), Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers (C-234/10)

Suġġett

(C-113/10)

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Validità, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1) — Retroattività tal-imsemmi regolament — Metodu ta’ kalkolu tal-imposti tal-produzzjoni

(C-147/10)

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1) — Ħlas lura tal-ammonti miġbura abbażi ta’ regolamenti Komunitarji invalidi — Iffissar tar-rata tal-kambju applikabbli

(C-234/10)

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de grande instance de Nanterre — Validità, fid-dawl tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 17), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1) — Iffissar tal-ammont ta’ taxxi għall-produzzjoni għas-settur taz-zokkor — Determinazzjoni tat-telf medju

Dispożittiv

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006, fid-dispożizzjonijiet tiegħu minbarra dawk tal-Artikolu 3, diġà annullati bħala riżultat tal-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1686/2005, tal-14 ta’ Ottubru 2005, li jistabbilixxi l-imposti fuq il-produzzjoni u l-koeffiċjenti għall-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2004/05, deċiż mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tagħha tad-29 ta’ Settembru 2011, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-4/06), huwa invalidu.

(2)

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fuq dan il-punt, huwa d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat li għandu jistabbilixxi r-rata ta’ kambju applikabbli għall-kalkolu tal-kumpens dovut għall-pagament żejjed ta’ imposti fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor.

(3)

Skont id-dritt tal-Unjoni, il-partijiet fil-kawża li għandhom dritt għar-rimbors tas-somom imħallsa indebitament bħala imposti fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor stabbiliti minn regolament invalidu għandhom ukoll id-dritt għall-ħlas tal-interessi marbuta miegħu. Qorti nazzjonali ma tistax, fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, tirrifjuta l-pagament ta’ interessi fuq l-ammonti rċevuti minn Stat Membru abbażi ta’ regolament invalidu għar-raġuni li dan l-Istat Membru ma jistax jitlob l-interessi korrispondenti mir-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 134, 25.05.2010.

ĠU C 148, 05.06.2010.

ĠU C 221, 14.08.2010.


Top