EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0345

Kawża T-345/09: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Awissu 2009 — Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida vs UASI — Unión de Cosecheros de Labastida (PUERTA DE LABASTIDA)

ĠU C 256, 24.10.2009, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/35


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awissu 2009 — Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida vs UASI — Unión de Cosecheros de Labastida (PUERTA DE LABASTIDA)

(Kawża T-345/09)

2009/C 256/62

Lingwa tal-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bodegas u Viñedos Puerta de Labastida, SL (Autol, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Unión de Cosecheros de Labastida, S. Coop. Ltda (Labastida, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta’ Mejju 2009 fil-Każ R 1021/2008-1, sabiex tiġi aċċettata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “PUERTA DE LABASTIDA” (trade mark verbali) fil-klassijiet 29, 33 u 35;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: BODEGAS Y VIÑEDOS PUERTA DE LABASTIDA, SL.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “PUERTA DE LABASTIDA” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 004473278), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 33 u 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: UNIÓN DE COSECHEROS DE LABASTIDA, S. Coop. Ltda.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Spanjola “CASTILLO DE LABASTIDA” (Nru 617 137), għal prodotti fil-klassi 33, it-trade mark verbali Komunitarja “CASTILLO LABASTIDA” (Nru 23 382), għal prodotti fil-klassi 33; u t-trade mark verbali Komunitarja “CASTILLO LABASTIDA” (Nru 3 315 566), għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 43.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 42 u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja.


Top