EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0218

Kawża T-218/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni ( “Sistema lingwistika — Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ assistenti — Lingwa tal-provi — Għażla tat-tieni lingwa minn tliet lingwi uffiċjali” )

ĠU C 313, 26.10.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-218/09) (1)

(Sistema lingwistika - Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ assistenti - Lingwa tal-provi - Għażla tat-tieni lingwa minn tliet lingwi uffiċjali)

2013/C 313/35

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u J. Baquero Cruz, sussegwentement J. Curall u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentant: K. Drēviņa, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/91/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Offset”, u EPSO/AST/92/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Pre-press” [tħejjija għall-istampar], ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Marzu 2009 (ĠU C 63 A, p. 1).

Dispożittiv

(1)

L-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/91/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Offset”, u EPSO/AST/92/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Pre-press”, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Marzu 2009, huma annullati

(2)

Ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 180, 1.8.2009.


Top