Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0552

    Kawża C-552/09 P: Appell ippreżentat fl- 24 ta’ Diċembru 2009 minn Ferrero SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) fl- 14 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża T-140/08: Ferrero SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck

    ĠU C 80, 27.3.2010, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/11


    Appell ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2009 minn Ferrero SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) fl-14 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża T-140/08: Ferrero SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck

    (Kawża C-552/09 P)

    2010/C 80/19

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanta: Ferrero SpA (rappreżentanti: F. Jacobacci, avukat, C. Gielen u H.M.H. Speyart, avukati)

    Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck

    Talbiet tal-appellanta

    L-appellanta tiltob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jogħġobha:

    tannulla s-sentenza li qeda tiġi appellata;

    tikkonferma l-appell ta’ Ferrero kontra d-deċiżjoni kkontestata jew, sussidjarjament, tirrinvija l-każ lill-Qorti Ġeneral sabiex terġa tikkunsidra l-każ; u

    tordna lill-UASI tbagħti l-ispejjeż tagħha u sabiex tħallas l-ispejjeż ta’ Ferrero, kemm tal-prim’istanza kif ukoll tal-appell.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanta ssostni li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet segwenti:

    il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej kisret is-sistema tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 40/94 (1) meta wettqet evalwazzjoni fattwali waħda tax-xebh b’implikazzjonijiet kemm taħt l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5), għalkemm iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom żewġ settijiet distinti ta’ testijiet;

    il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej wettqet żball ta’ liġi meta stabbilixxiet li ma kelliex bżonn tikkunsidra r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti meta waslet għal konklużjoni li l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) ma ġewx issodisfatti;

    il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej wettqet żball ta’ liġi jew għawġet il-fatti ppreżentati lilha meta applikat regoli ta’ tressiq tal-provi żbaljati, infondati u mhux motivati fl-evalwazzjoni tax-xebh;

    il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tieħu debitament inkunsiderazzjoni l-fatt li t-trade marks preċedenti jikkontjenu trade marks verbali u li t-trade mark ikkontestata hija figurattiva; u

    il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tieħu debitament inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ grupp ta’ trade marks.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146–180)


    Top