EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0304

Kawża C-304/09: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

ĠU C 256, 24.10.2009, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/11


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-304/09)

2009/C 256/21

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u E. Righini, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa kollha fit-terminu previst sabiex tneħħi l-iskema ta’ għajnuna meqjusa bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/261/KE, tas-16 ta’ Marzu 2005, dwar is-sistema ta’ għajnuna mill-Istat dwar miżuri urġenti li jiffavorixxu l-iżvilupp u l-korrezzjoni tal-implementazzjoni tal-kontijiet pubbliċi (innotifikata fis-17 ta’ Marzu 2005 bin-numru C(2005) 591, ĠU L 94 tal-1 ta’ April 2006, p. 42) u għall-irkupru mingħand il-benefiċjarji tal-għajnuna mogħtija taħt din l-iskema, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha imposti fuqha permezz tal-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni u tat-Trattat KE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu li fih l-Italja għandha tneħħi l-iskema ta’ għajnuna u tirkupra l-għajnuna mħallsa illegalment skada xahrejn wara n-notifika tad-deċiżjoni. Erba’ snin wara, l-awtoritajiet Taljani rkupraw biss madwar 25 % tall-għajnuna.


Top