Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0283

Kawża C-283/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Rejonowy Warszawa — ir-Repubblika tal-Polonja) — Artur Weryński vs Mediatel 4B Spółka z o.o. ( “Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Kisba ta’ provi — Smigħ ta’ xhud mill-qorti rikjesta fuq talba tal-qorti rikjedenti — Indennizz mogħti lix-xhieda” )

ĠU C 103, 2.4.2011, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Rejonowy Warszawa — ir-Repubblika tal-Polonja) — Artur Weryński vs Mediatel 4B Spółka z o.o.

(Kawża C-283/09) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Kisba ta’ provi - Smigħ ta’ xhud mill-qorti rikjesta fuq talba tal-qorti rikjedenti - Indennizz mogħti lix-xhieda)

2011/C 103/06

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Warszawa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Artur Weryński

Konvenuta: Mediatel 4B Spółka z o.o.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 121) — Smigħ ta’ xhud minn qorti ta’ Stat Membru fuq talba ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor — Indennizz mogħti lix-xhieda — Possibbiltà għall-qorti rikjesta li titlob lill-qorti rikjedenti l-ħlas ta’ somma flus bil-quddiem lix-xhud li jkun xehed

Dispożittiv

L-Artikoli 14 u 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti rikjedenti ma hijiex marbuta tħallas lill-qorti rikjesta somma mħallsa bil-quddiem sabiex tkopri l-indennizz jew ir-rimbors tal-indennizz dovut lix-xhud eżaminat.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009


Top