Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0119

    Kawża T-119/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 11 ta' April 2008 — Ċipru vs Il-Kummissjoni ( Proċeduri għal miżuri provviżorji — Avviż ta' għoti ta' kuntratt intiż li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta' Ċipru — Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza )

    ĠU C 171, 5.7.2008, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 171/38


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' April 2008 — Ċipru vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-119/08 R)

    (“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Avviż ta' għoti ta' kuntratt intiż li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta' Ċipru - Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)

    (2008/C 171/72)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' Ċipru (rappreżentant: P. Kliridis, aġent)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. van Nuffel u I. Zervas, aġenti)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni ta' avviż ta' għoti ta' kuntratt adottat mill-Kummissjoni u intiż li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta' Ċipru fil-qasam tat-trobbija ta' l-annimali.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż jibqgħu riżervati.


    Top