EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0548

Kawża T-548/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2013 — Total vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xama’ tal-paraffin — Suq tal-gatsch — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ legalità tar-reati u tal-pieni — Preżunzjoni tal-innoċenza — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha — Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent — Preżunzjoni f’każ ta’ detenzjoni ta’ sehem viċin 100 %” )

ĠU C 313, 26.10.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Total vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-548/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xama’ tal-paraffin - Suq tal-gatsch - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ legalità tar-reati u tal-pieni - Preżunzjoni tal-innoċenza - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha - Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent - Preżunzjoni f’każ ta’ detenzjoni ta’ sehem viċin 100 %)

2013/C 313/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Total SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u A. Noël-Baron, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 — Xama’ tax-xemgħa), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tneħħija tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għal tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Total SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


Top