This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TA0525
Case T-525/08: Judgment of the General Court of 13 September 2013 — Poste Italiane v Commission (State aid — Remuneration of funds from postal accounts placed with the Italian Treasury — Decision declaring the aid incompatible with the internal market and ordering its recovery — Concept of State aid — Advantage)
Kawża T-525/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2013 — Poste Italiane vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Remunerazzjoni ta’ fondi li joriġinaw mill-kontijiet kurrenti tal-posta u mqiegħda fit-Teżor Taljan — Deċiżjoni li tiddikjara l-għanjuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ” )
Kawża T-525/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2013 — Poste Italiane vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Remunerazzjoni ta’ fondi li joriġinaw mill-kontijiet kurrenti tal-posta u mqiegħda fit-Teżor Taljan — Deċiżjoni li tiddikjara l-għanjuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ” )
ĠU C 313, 26.10.2013, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 313/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Poste Italiane vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-525/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Remunerazzjoni ta’ fondi li joriġinaw mill-kontijiet kurrenti tal-posta u mqiegħda fit-Teżor Taljan - Deċiżjoni li tiddikjara l-għanjuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ)
2013/C 313/29
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Poste Italiane SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Fratini, A. Sandulli u F. Filpo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/178/KE, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-istat li implimentat l-Italja biex tirremunera l-kontijiet kurrenti li Poste Italiane għandha mat-Teżor (C 42/06 (ex NN 52/06)) (ĠU 2009, L 64, p. 4).
Dispożittiv
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/178/KE, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-istat li implimentat l-Italja biex tirremunera l-kontijiet kurrenti li Poste Italiane għandha mat-Teżor (C 42/06 (ex NN 52/06)), hija annullata. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Poste Italiane. |