EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0380

Kawża T-380/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2013 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni ( “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Talba intiża li jinkiseb aċċess għal ċerti siltiet kunfidenzali tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni dwar akkordju — Rifjut ta’ aċċess — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u l-integrità tal-individwu — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni — Interess pubbliku ikbar — Kooperazzjoni leali” )

ĠU C 313, 26.10.2013, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-380/08) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Talba intiża li jinkiseb aċċess għal ċerti siltiet kunfidenzali tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni dwar akkordju - Rifjut ta’ aċċess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u l-integrità tal-individwu - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni - Interess pubbliku ikbar - Kooperazzjoni leali)

2013/C 313/28

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Mol u M. de Ree, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2008 li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti siltiet kunfidenzali tad-Deċiżjoni C(2006) 4090 finali [Każ COMP/F/38.456 — Bitume (il-Pajjiżi l-Baxxi)].

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008.


Top