EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FN0046

Kawża F-46/08: Rikors ippreżentat fis- 6 ta' Mejju 2008 — Thoss vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/51


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Mejju 2008 — Thoss vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

(Kawża F-46/08)

(2008/C 171/103)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nicole Thoss (Dommeldange, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Goergen, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri ta' l-20 ta' Marzu 2006 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-pensjoni tas-superstiti, wara l-mewt tar-raġel tagħha.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri ta' l-20 ta' Marzu 2006, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-pensjoni tas-superstiti prevista fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2290/77 u d-deċiżjoni sussegwenti tat-28 ta' Settembru 2006;

tordna lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri sabiex tagħti lir-rikorrenti l-pensjoni tas-superstiti prevista fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2290/77, b'effett retroattiv mill-1 ta' Diċembru 2003;

tikkundanna lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri għall-ispejjeż.


Top