EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FN0035

Kawża F-35/08: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Marzu 2008 — Pachtitis vs Il-Kummissjoni

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/51


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2008 — Pachtitis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-35/08)

(2008/C 171/101)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Dimitrios Pachtitis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P. Giatagantzidis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO li r-rikorrent ma jitħalliex jieħu sehem fl-eżamijiet bil-miktub tal-kompetizzjoni EPSO/AD/77/06 wara r-riżultat li kiseb fl-eżami ta' ammissjoni, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO li tiċħad it-talbiet tar-rikorrent, minn naħa, għar-reviżjoni tad-deċiżjoni li ma jitħalliex jieħu sehem fl-eżamijiet bil-miktub, u, min-naħa l-oħra, sabiex jintbagħtulu ċerti dokumenti tal-kompetizzjoni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal EPSO/5000 LM-FR/31.05.2007 u MM/dbD(07)27442/06.12.2007, kif ukoll kull att relatat;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top