This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0223
Case C-223/08: Action brought on 23 May 2008 — Commission of the European Communities v Grand Duchy of Luxembourg
Kawża C-223/08: Rikors ippreżentat fit- 23 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Kawża C-223/08: Rikors ippreżentat fit- 23 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
ĠU C 171, 5.7.2008, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 171/29 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-223/08)
(2008/C 171/45)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanta: C. Huvelin, aġent)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali] u, fi kwalunkwe każ billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 2 ta' din id-direttiva; |
— |
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit għat-trapożizzjoni tad-Direttiva 2006/100/KE skada fid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri fl-1 ta' Jannar 2007. Fid-data tal-preżentata tar-rikors, l-ebda miżura ta' traspożizzjoni ma kienet ittieħdet jew ma kienet ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni mill-konvenut.
(1) ĠU L 363, p. 141.