Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0157

    Kawża C-157/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden fis- 16 ta' April 2008 — E.H.A. Passenheim-van Schoot vs Staatssecretaris van Financiën

    ĠU C 171, 5.7.2008, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 171/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden fis-16 ta' April 2008 — E.H.A. Passenheim-van Schoot vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-157/08)

    (2008/C 171/30)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: E.H.A. Passenheim-van Schoot.

    Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën.

    Domandi preliminari

    L-Artikoli 49 u 56 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, fil-każ li (dħul minn) assi ta' tifdil barranin ma jkunux iddikjarati lill-awtorità fiskali ta' dan l-Istat, japplika leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex tikkumpensa għan-nuqqas ta' possibbiltajiet effettivi ta' kontroll ta' dawn l-assi, tipprevedi terminu ta' aġġustament tat-taxxa ta' tnax-il sena filwaqt li (dħul minn) assi ta' tifdil miżmuma fit-territorju nazzjonali, fejn jeżistu possibbiltajiet effettivi ta' kontroll, huma suġġetti għal terminu ta' aġġustament ta' ħames snin?


    Top