EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0135

Kawża C-135/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit- 3 ta' April 2008 — Janko Rottmann vs Freistaat Bayern

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/13


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta' April 2008 — Janko Rottmann vs Freistaat Bayern

(Kawża C-135/08)

(2008/C 171/22)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Janko Rottmann

Konvenut: Freistaat Bayern

Domandi preliminari

1)

Id-dritt Komunitarju jipprekludi l-konsegwenza ġuridika tat-telf taċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni Ewropea (kif ukoll tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali marbuta magħha), li tirriżulta mill-fatt li r-revoka ta' naturalizzazzjoni fi Stat Membru (il-Ġermanja) miksuba permezz ta' frodi intenzjonata, revoka li minnha nfisha hija legali taħt id-dritt nazzjonali applikabbli (dak tal-Ġermanja), għandha bħala konsegwenza li l-persuna kkonċernata tispiċċa mingħajr għarfien minn Stat minħabba l-fatt li, hekk kif huwa l-każ tar-rikorrent, hija ma terġax tikseb iċ-ċittadinanza li kellha oriġinarjament, minħabba fid-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt ta' l-Istat Membru l-ieħor (l-Awstrija)?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

L-Istat Membru (il-Ġermanja) li nnaturalizza ċ-ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea u li bi ħsiebu jirrevoka n-naturalizzazzjoni miksuba b'mod frawdolenti għandu, sabiex josserva d-dritt Komunitarju, jastjeni għal kollox jew temporanjament milli jirrevoka n-naturalizzazzjoni jekk, jew għat-tul taż-żmien li fih, din ir-revoka tan-naturalizzazzjoni jkollha l-konsegwenza tat-telf taċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni (kif ukoll tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali marbuta magħha), jew għandu l-Istat Membru (l-Awstrija) taċ-ċittadinanza preċedenti, jinterpreta u japplika jew anki jadatta d-dritt nazzjonali tiegħu sabiex jevita konsegwenza ġuridika bħal din?


Top